Patri Donat Spiteri twieled il-Marsa nhar it-13 ta' Ottubru 1922. Inghaqad ma' l-Ordni Fragiskan
u lahaq Sacerdot Kapuccin nhar it-13 ta' Marzu 1948.
Patri Donat intbaghat jistudja it-teologija fl-Universita' Pontificja Gregorjana f' Ruma l-Italja, fejn
kiseb il-Licenzjat u dottorat fit-teologija. Studja l-iskrittura Mqaddsa fil-Pontificio Istituto Bibblico
u l-Licenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa. Irritorna Malta fl-1954 u beda jghallem lill-istudenti Kapuccini.
Patri Donat kien kappillan tal-parrocca tat-Trinita' Qaddisa, il-Marsa bejn l-1958 u l-1967 fejn ha
hsieb ukoll li jinbena ic-centru parrokjali San Piju X tal-Marsa. Kien kappillan ukoll tal-parocca ta’
Lourdes, San Gwann bejn l-1983 u l-1991. F’San Gwann ukoll ra li jhalli centru parrokjali San Guzepp
fejn ikunu jistghu jiltaqghu l-ghaqdiet, kif ukoll ha hsieb ukoll biex jirrestawra il-kappella dedikata
lil Santa Margerita, f' San Gwann.
Bejn 1966 u l-1988, kien ghalliem u Professur ta’ l-istudji Bibblici
fil-Fakulta' tat-Teologija fl-Universita’ ta’ Malta, fejn mal-Prof. Karm
Sant u ohrajn waqqfu l-Ghaqda Bibblika Maltija fl-1958 li taghha
kien President. L-aqwa opra ta’ din l-Ghaqda kienet il-pubblikazzjoni
tal-Bibbja bil-Malti, li x-xoghol fuq din it-traduzzjoni beda fl-1966 u
baqa’ ghaddej sa l-ewwel pubblikazzjoni, fl-1984. Minn dak iz-zmien
’l hawn, il-Bibbja giet riveduta. It-tieni edizzjoni giet ippubblikata
fl-1996, wara revizjoni li hadet hames snin.
Peress li it-taghlim u l-ispjegazzjoni tal-Bibbja kienu u ghadhom
il-missjoni ta' hajtu, kellu sehem kbir fit-twaqqif tad-"Dar il-Bibbja"
fil-Furjana bhala Centru Bibbliku.
Huwa wkoll awtur ta’ ghadd ta’ kotba b’temi teologici tal-Bibbja fosthom il-Ktieb tas-Salmi,
Dizzjunarju Bibbliku – Temi Teologici, l-Evangelji ta’ San Mattew u San Luqa, il-Ktieb ta’ l-Atti ta’
l-Appostli u hafna ohrajn li qed ikunu pubblikati mill-Ghaqda Bibblika Maltija. Kiteb ukoll artikli
f’ gurnali u rivisti bhal "Dawl Frangiskan" u anke xandiriet dwar l-Iskrittura Mqaddsa. Dar anke
il-parrocci kollha ta’ Malta u Ghawdex jaghmel korsijiet Bibblici.
Peress li l-Bibbja saret haga wahda mieghu f' Jannar 1974, hareg l-ewwel darba "Kliem il-Hajja"
ktejjeb ta’ghajnuna ghall-qari tal-Bibbja u pagna ckejkna kuljum b’silta mit-test tal-Kotba Mqaddsa,
li johrog kull erba xhur.
Patri Donat, li matul il-jiem kien l-editur u sal-lum ghadu Direttur Generali, fejn sa ftit snin ilu kien
jiehu hsieb il-kitba u l-pubblikazzjoni ta’ Kliem il-Hajja wahdu, illum dawn il-ktejjeb 35 sena wara
ghadhom jitqassmu fid-djar f’Malta u Ghawdexu anke fost l-emigranti Maltin. Sal-lum “Kliem il-Hajja”
jitqassmu mal-20,000 koppja li jitqassmu bl-idejn bl-ghajnuna tal-voluntiera.
Patri Donat Spiteri, kif inhu maghruf ha hsieb wkoll li fl-gheluq it-30 sena ta’ din il-publikkazzjoni
tinfetah librerija u ufficcju ta’ “Kliem il-Hajja” fil-Kunvent tal-Kapuccini, il-Furjana fejn isir hafna
mix-xoghol tieghu u jintuza ukoll minn persuni interessati fl-Istudji Bibblici.
Gie onorat "Gieh il-Marsa" u "Gieh San Gwann" mill-Kunsilli Lokali tal-Marsa u ta' San Gwann.
Fit-13 Dicembru, 2009 Patri Donat Spiteri OFMCap gie onorat bil-Midalja ghall-Qadi tar-Repubblika
mill-E.T. il-President Dr George Abela.
Kunvent tal-Patrijiet Kapuccini
Triq F.X. Fenech
Floriana, FRN 1211, Malta
Tel : (+356) 2123 4949 - 2122 6624
Fax: (+356) 2123 5955
Email: frdonatspiteri@yahoo.co.uk
Website : www.frdonatspiteri.com
Revised : 13 December, 2010
Patri Donat Spiteri OFMCap., S.Th.D.,S.S.L. M.Q.R.
Il-Midalji moghtija f' Gieh il-Marsa u San Gwann mill-Kunsilli Lokali u Cerifikat ul-Midlja ghall-Qadi tar-Repubblika ta' Malta
|